Fabio Lombini u Giole Rossetti tilfu ħajjithom f’inċident tal-ajru f’Nettuno raħal viċin Ruma, fl-Italja meta kienu fi triqthom għal Avezzano. Iż-żewġ żgħażagħ mietu wara li l-ajrupla ġarrab xi ħsarat tekniċi bl-għawwiema jitilfu ħajjithom kawża tal-inċident.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ajruplan sofra xi ħsarat tekniċi u ħa n-nar hu u nieżel. Lombini kien għawwiem tal-Fiamme Rosse u rebaħ il-midalja tal-fidda fil-Campionati Assoluti intervali fil-200 metru freestyle. Hu rrapreżenta wkoll lil pajjiżu f’kompetizzjoni li saret f’Kopenhagen fl-2017.
Rossetti min naħa tiegħu kien għawwiem tal-Aurelia Nuoto. Hu kellu żewġ passjonijiet, dik tal-għawm u dik tal-ajruplani. Rossetti kien ukoll student tal-Università. Il-Federazzjoni tal-Għawm Taljan offriet il-kondoljanzi tagħha lill-familjari u l-ħbieb tal-vittmi.
//= $special ?>