Il-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjeta qed testendi x-xogħol siewi li tagħmel mat-tfal permezz ta’ pagna interattiva fuq Facebook.
Taħt it-tmexxija tal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, din il-fondazzjoni ilha għal zmien twil tagħmel xogħol b’risq it-tfal Maltin u l-Għawdxin.
F’dan iż-żmien fejn il-pandemija tal-COVID-19 spiċċat kienet il-kawża biex it-tfal kollha spiċċaw id-dar u mingħajr skola, din il-fondazzjoni żiedet l-impenji tagħha biex tibqa’ toħloq numru ta’ attivitajiet għat-tfal fuq pjattaforma online.
Filfatt, il-Kunsill tat-Tfal li jifforma parti minn din il-fondazzjoni u li hu ffurmat minn madwar 80 tifel u tifla kien qed jiltaqa’ ta’ kuljum tul iż-żmien kollu tal-pandemija.
L-attivitajiet edukattivi li kienu qed isiru waqt dawn il-laqgħat virtwali, issa ġew estizi għat-tfal kollha ta’ pajjiżna permezz ta’ paġna fuq Facebook bl-isem ta’ here4u.mt.
Here4U huwa spazju online, li gie żviluppat mill-Hub tat-Tfal fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjeta’. Hawnekk se jkunu diskussi ħsibijiet u metodi prattiċi ta’ kif nindirizzaw l-isfidi reali li qed niffaċċjaw kuljum minħabba l-COVID-19.
It-tfal huma mħeġġa jaqsmu l-arti, l-artiġġjanat, l-istejjer u kwalunkwe proġett li għamilu matul dawn l-aħħar ġimgħat.
Il-tfal Maltin u Għawdxin huma mħeġġa jagħmlu like permezz tal-ġenituri tagħhom u biex jipparteċipaw f’dan l-attivitajiet.
//= $special ?>