Lokali Parlament

Il-gvern m’għinx lis-settur tar-real estate

Kevin Cutajar PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar sostna fil-parlament li l-gvern m’għinx lis-settur tar-real estate minkejja li dan jagħti kontribut kbir lill-ekonomija Maltija.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż irid isaħħaħ dan is-settur u sostna li l-PN qed ikun responsabbli u jikkunsidra s-settur tar-real estate bħala settur sensittiv li ma jistax jingħata skossi.

Hu kompla li matul din il-kriżi dan is-settur kellu effetti negattivi u għalhekk l-operaturi ma kienux qed jistennew li jirċievu messaġġ mingħand il-gvern li dan ma ma kienx se jtiehom għajnuna għaliex huma għamlu xi profitti.

Dawn l-operaturi kellhom numru ta’ ħaddiema magħhom, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern kellu jagħti iktar għajnuniet lil dawn l-operaturi.

Kevin Cutajar qal li l-prospetti futuri huma mħallta bejn dawk li huma fiduċjużi u dawk li m’humiex. Dan is-settur ma jistax jintilef u għalhekk il-gvern qed jonqos milli jkollu pjan għal dan is-settur; anzi qed jibgħati messaġġi mħalltin li qed iħassbu lill-poplu jkollu.

L-awtoritajiet qed jinsistu fuq kawtela waqt li l-Prim Ministru qed jagħti l-impressjoni li kollox hu normali; dawn huma messaġġi konflinġenti.

Hu kompla li dan hu settur li jista’ jkun effettwat minn slow down u tkellem dwar ir-rapport Moneyval li jitratta fuq il-passi li trid tieħu Malta biex ma tkunx esposta fejn jidħol il-ħasil ta’ flus u reati marbuta.

Dan l-abozz qed jitressaq propju f’dan il-kuntest, qal id-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern għandu obbligu li jirranġa r-reputazzjoni ta’ Malta għaliex hu kien responsabbli għal dan in-nuqqas kbir.

Il-gvern għandu d-dmir li jnaddaf isem pajjiżna u jerġa’ jirrestawra isem Malta.

Kevin Cutajar tkellem fuq l-importanza li l-ekonomija tkun ibbażata fuq il-kwalità u mhux fuq il-kwantità. Hu semma’ l-pjaga tal-prezzijiet tal-propjetà u d-diffikultajiet li l-koppji qed ikollhom mhux biss biex jixtru l-propjetà iżda wkoll biex jieħdu s-self mill-bank. Dan filwaqt li l-kirjiet splodew tant li l-gvern kellu jagħmel intervent. Minkejja dan, tneħħi l-perjodu ta’ COVID 19, xorta baqgħu ogħljin, sostan d-deputat Nazzjonalista.