Ewropa Lokali Parlament

Il-gvern sieket dwar iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Libja

Il-gvern llum ma weġibx mistoqsijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar iż-żjara li l-Prim Ministru Robert Abela għamel fil-Libja nhar il-Ħamis li għadda.

Fil-parlament il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li nhar il-Ħamis il-Prim Ministru għamel żjara fil-Libja u fejn intqal li kien kien hemm ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi iżda ma kien hemm l-ebda informazzjoni jew dettalji ħlief le se jkun hemm xi ċentri fil-Libja u f’Malta.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqa jekk hemmx informazzjoni dwar din iż-żjara, jekk il-pożizzjoni tal-immigrazzjoni baqgħetx l-istess, jekk hemmx arranġamenti dwar l-immigranti fuq il-baħar u jekk hemm fthehm dwar l-immigrazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.