Kummerċ Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tinnota n-nuqas ta’ dettall f’dak li ħabbar il-Prim Ministru

Il-Kamra tal-Kummerċ, fi stqarrija qalet li qed tilqa’ l-ftuħ mill-ġdid tan-negozji kollha mill-5 ta’ Ġunju. Dan jitqies bħala pass importanti fid-direzzjoni t-tajba biex il-pajjiż ikompli jikseb in-normalità u l-ekonomija tiffunzjona mill-ġdid, saħqet il-Kamra.

Il-Kamra iżda stqarret li ma tistax ma tinnotax n-nuqqas ta’ dettall fil-konferenza tal-aħabrijiet tal-Prim Ministru. Huma saħqu li n-negozji u l-investituri għandhom bżonn iċ-ċarezza li hi derivata biss minn gwida u prinċipji operazzjonali sabiex joperaw kif suppost.

L-istqarrija kompliet tgħid li huwa importanti li l-informazzjoni meħtieġa tinħareġ mingħajr dewmien, sabiex in-negozji jkunu f’pożizzjoni li jagħmlu l-preparamenti meħtieġa u jdaħħlu fis-seħħ il-protokolli u l-proċeduri meħtieġa għal nhar il-Ġimgħa.

Il-Kamra saħqet li qed tilqa’ wkoll id-deċiżjoni li jitfħu mill-ġdid il-portijiet u l-ajruport mill-1 ta’ Lulju, mingħajr il-bżonn obbligatorju tal-kwarantina. Filwaqt li tagħmel dan, huwa kruċjali li jiġu rrispettati l-aktar protokolli stretti u ċari ta’ saħħa u sigurtà, kompliet tgħid.

L-istqarrija tkellmet ukoll fir-rigward tal-ftuħ imħabbar ta’ skola Sajf u childcare centres. Hi saħqet li huwa importanti ħafna li tingħata prijorità lill-familji li jeħtieġu dawn is-servizzi sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jirritornaw għar-rutini tax-xogħol tagħhom.

Il-Kamra temmet tgħid li s-soċjetà Maltija kollha għamlet sforzi kbar biex iżżomm din il-pandemija taħt kontroll billi tirrispetta l-miżuri fis-seħħ u għandha fiduċja li dan l-approċċ ikkontrollat ​​u dixxiplinat se jkun
kompli fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.