Lokali

Il-Partit Laburista jgiddeb iċ-ċifri tal-Gvern

Il-kelliema tal-Partit Laburista ma kinux kapaċi jwieġbu x’kienet eżatt il-kritika tagħhom...

Il-Partit Laburista sejjaħ lill-ġurnalisti biex jipprova jgiddeb ċifri maħruġa l-ġimgħa li għaddiet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – ċifri illi juru li f’April, il-qgħad tela’ għal 11,000 persuna.

“Li f’pajjiża hawn mal-11,000 persuna li m’għandhomx impjieg, din hija statistika totalment żbaljata, għax jekk wieħed jinnota l-istatistika li ħarġet l-NSO, fl-aħħar t’April, l-istatistika ta’ nies bla xogħol ma kinitx taqbeż it-3,900”

Madanakollu meta kienu affaċċjati bin-numri u l-istatistika li ħarġet mill-NSO, il-kelliema tal-Partit Laburista ma kinux kapaċi jwieġbu x’kienet eżatt il-kritika tagħhom.

Il-konferenza tal-aħbarjiet li kienet indirizzata minn Clayton Bartolo u Ian Castaldi Paris kienet miżgħuda bi kliem partiġġjan tal-“aħna” u “huma”, fejn minflok ressqu l-proposti ta’ kif se jsalvaw l-impjiegi, il-Partit Laburista għażel li jiċħad il-fatti maħruġa minn entità governattiva. Fejn spiċċaw f’sitwazzjoni surreali, bil-Partit Laburista igiddeb iċ-ċifri tal-Gvern.

During April 2020, the seasonally adjusted number of unemployed persons was 10,816

Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li f’April, iċ-ċifra eżatta ta’ nies bla xogħol kienet ta’ 10,816.