Coronavirus Lokali Saħħa

“Il-Prim Ministru ma mexiex mal-evidenza u l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa” – MAP

Tħassib mill-fiżjoterapisti Maltin, hekk kif l-MAP (Malta Association of Physiotherapists) qalu li l-Prim Ministru ma mexiex mal-evidenza u l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Dan it-tħassib deher permezz ta’ stqarrija fuq il-midja soċjali u kif ukoll permezz ta’ ittra li ntbagħtet lill-Prim Ministru Robert Abela.

Maria-Louisa Busuttil, il-President tal-istess Assoċjazzjoni tenniet li l-amnestija għal dawk li kissru l-liġi hija azzjoni ta’ disrispett lejn kull professjoni tas-saħħa, u mhux biss, iżda lejn il-poplu Malti li ħadem biex din il-pandemija ma tinxteridx.