Internazzjonali

L-ewwel dehra tar-Reġina fuq żiemel minn żmien il-lockdown

Ħarġu l-ewwel ritratti tar-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra riekba fuq iż-żiemel, fl-artijiet tal-Kastell ta’ Windsor (f’Berkshire), mindu beda l-lockdown tal-coronavirus ġimgħat ilu.

Ir-Reġina, li għandha 94 sena, tirkeb iż-żwiemel regolarment f’Windsor, li hi r-residenza rjali favorita. Hi, bħalissa, qed iżomm ruħha iżolata f’Windsor flimkien ma’ żewġha Philip, id-Duka ta’ Edinburgh, u numru ta’ qaddejja u membri tal-istaff.