Lokali

“Jien qatt ma ltqajt ma’ Yorgen Fenech wara li ħarġet l-aħbar illi dan kien involut fis-17 Black” – Adrian Delia

Ritratt: Matthew Tabone

B’referenza għall-mistoqsijiet li qegħdin isiru mill-midja, niddikjara bl-aktar mod assolut u kategoriku illi jiena qatt ma ltqajt ma’ Yorgen Fenech wara li ħarġet l-aħbar illi dan kien involut fil-kumpanija 17 Black. 

Nirrijaferma wkoll dak kollu illi jiena kont għedt lil ‘Lovin’ Malta’ fit-13 ta’ April 2019 u qed nehmeż kopja ta’ dawk it-tweġibiet li bgħatt lil ‘Lovin Malta’ aktar minn sena u xahar ilu.