Internazzjonali

Jissoktaw il-protesti fl-Istati Uniti

Jiħraxu l-protesti f’numru ta’ stati fl-Istati Uniti, hekk kif issa daħlu fis-sitt jum tagħhom. Il-protesti bdew wara l-qtil, ta’ George Floyd, raġel ta’ karneġġjon iswed, li kien qed jinżamm mill-pulizija.

Il-mewt tar-raġel, George Floyd, fil-belt ta’ Minneapolis qajmet ħuġġieġa ta’  vjolenza u vandaliżmu mhux biss f’Minnesota iżda anki madwar l-Istati Uniti. Dan meta n-nies qed jisfidaw il-curfews fost l-inċidenti numerużi fejn spikkaw is-serq mill-ħwienet, il-ħruq tal-karozzi u attakki fuq bini partikulari.

Il-pulizija sa anki sparaw il-gass tad-dmugħ u balal tal-gomma fuq il-follol irrabjati, bit-tensjoni ma tonqosx f’Minneapolis New York, Los Angeles u Philadelphia.