Coronavirus Edukazzjoni Ekonomija Kummerċ Lokali Saħħa

“Kulħadd irid imur lura għax-xogħol” – Robert Abela

L-attivitajiet tal-massa mhumiex permessi

F’konferenza tal-aħbarijiet li għaddejja bħalissa, il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li se jitneħħew il-miżuri restrittivi u fost l-oħrajn se jinfetħu ċ-child care centres. Huwa qal ukoll li l-vulnerabbli jistgħu jerġgħu jmorru lura għax xogħol.

Ġie konfermat ukoll li l-ajruport se jiftaħ fl-1 ta’ Lulju b’servizz lejn 19-il pajjiż.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-R-Factor f’pajjiżna issa nizel għal 0.5. Tħabbar ukoll li l-knejjes mistennija jiftħu f’nofs Ġunju.

Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa għadna fi stat ta’ emerġenza medika.

Meta ġie mistoqsi ghal darba darbtejn, il-PM naqas milli jikkommetti ruħu li jippubblika r-risk-assessments li fuqhom ġew ibbażati d-deċiżjonijiet ta’ rilaxx. U farfar fuq il-Professur Charmaine Gauci.