Coronavirus Lokali

L-MEA ma’ taqbilx mal-Gvern dwar l-amnestija mħabbra minn Robert Abela

Il-Malta Employers Association permezz ta’ stqarrija qalet li ma taqbilx mal-amnestija għal dawk li kissru l-liġi u r-regoli imposti fl-eqqel tal-imxija tal-Coronavirus.

L-Assoċjazzjoni qalet deċizzjoni bħal din se tibgħat messaġġi perikolużi ħafna, mhux biss issa, iżda anki għall-futur.

Amnestija f’dawn iċ-ċirkustanzi se tkun qed timmina il-ħidma li saret mill-pulizija, mill-ħaddiema u tas-saħħa, u minn bosta oħra li kienu l-eroj ta’ dan in-nazzjon fl-aħħar xhur.