Lokali Qorti

Jinstemgħu aktar recordings fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech

Total ta' 128 konverżazzjoni li ġew irrekordjati

Fil-Qorti dalgħodu qed jinstemgħu aktar recordings li kien ħa l-middleman, Melvin Theuma, li kien wieħed minn dawk involut fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Kif kien żvela Net News il-ġimgħa li għaddiet, il-kumpilazzjoni qed tkompli dalgħodu wara ġimgħat sħaħ wieqfa minħabba l-pandemija.

1205 – Il-kelma ‘Cardona’ tinstema’ fir-recoding. Iżda l-kuntest mhux ċar. Fi Frar li għadda, il-Qorti kienet semgħet kif mowbajl irkuprat minn qiegħ il-baħar fil-Marsa kien fihom numru tat-telefon wieħed biss; tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona.

1200 – Melvin Theuma jersaq lejn l-pedana tax-xhieda. Yorgen Fenech ingħata permess biex ipoġġi ħdejn l-avukati tiegħu biex ikun jista’ jsegwi t-transcripts. Fl-ewwel recording, Theuma jirrakkonta lil Fenech dwar inċident li kellu bit-taxi tiegħu waqt li kien qed isuq fl-akwati tal-Mellieħa. Għal darb’oħra, ir-recording pero mhux ċar.

1145 – Wara dewmien ta’ madwar 90 minuta, se jinstema l-ewwel recording. L-avukat difensur Gianluca Caruana Curran joġġezzjona għall-fatt li l-avukati ta’ Theuma ngħataw kopji ta’ traskrizzjonijiet meta Theuma għadu ma xehedx. Iżda l-Maġistrat jgħid li l-qorti kienet diġà ordnat li Theuma jingħata aċċess għat-traskrizzjonijiet.

1100 – Kważi siegħa minn meta kulħadd daħal fl-awla u l-partijiet għadhom qed jagħmlu ‘labelling’ tat-transcripts li ħarġu mir-recordings. Dawn ivarjaw minn recording ta’ ftit minuti u oħrajn li huma itwal minn kwarta.