Il-Ministru Michael Falzon ma jikkommettix ruħu dwar jekk jaqbilx mad-deċizjoni tal-Prim Ministru Robert Abela; deċiżjoni li permezz tagħha se jinħafru l-multi li ngħataw lil dawk il-persuni li ma kinux qed jobdu l-istruzzjonijiet li ħarġu mill-Awtoritajiet tas-Saħħa relatati mal-pandemija tal-COVID.
Pressat biex jagħtina risposta ċara, il-Ministru Falzon baqa’ ma weġibx.

Mistoqsi minn dan l-istazzjon dwar meta għandhom jiftħu c-childcare centres, anke hawn il-Ministru Falzon naqas milli jwieġeb.
Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tnejn filgħodu ġiet imnedija t-tieni fażi tal-positive parenting campaign.
Fil-jum globali tal-ġenituri twassal apprezzament lejn il-ġenituri kollha madwar id-dinja, filwaqt li ġiet enfasizzata l-importanza fuq trobbija pożittiva biex tifforma l-karattru tat-tfal. Bit-tema “Kun hemm għal uliedek” – din il-kampanja se tkun ibbażata fuq kif jingħelbu l-isfidi li jistgħu jiżviluppaw bejn it-tfal adoloxxenti u l-ġenituri.