Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li s-sitwazzjoni preżenti maħluq amill-COVID 19 hi opportunità biex il-pajjiż u l-ekonomija tinbena għall-futur.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar l-isfidi li se jkollu l-pajjiż wara l-kriżi COVID 19 u qal li se jkun hemm diversi setturi li se jkunu effettwati. Hu appella għal tisħiħ fir-relazzjonijiet mal-kontinent Afrikan.
Jeħtieġ li l-pajjiż ma jkunx f’roadblock u għalhekk irid ikun hemm l-ideat bħad-dokument li nieda l-PN li fih diversi proposta fosthom task force bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni biex issir diskussjoni dwar ir-realtà.
Dan jgħodd ukoll għal dak li Malta tista’ takkwista mill-UE; imnalla Malta llum hi parti mill-UE għaliex kieku dan ma seħħx Malta kienet issib ruħha f’ħafna iktar diffikultajiet milli tinsab fihom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla l-pandemija mhix se tkun okkażjoni unika għaliex jista’ jkun hemm pandemija iktar iebsa kif seħħ fil-passat. Meta l-pajjiż minn din il-problema xorta se jkun hemm kwistjonijiet li qabel kieu gravi iżda issa se jigrgavaw.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tas-sostenibbiltà agrikola u sostna li dan il-virus ġab il-ġuħ fil-pajjiż; għalhekk jeħtieġ li l-agrikoltura tkun aċċessibbli. Fl-ekonomija, il-ġustizzja soċjali hi importanti. Din hi opportunità biex il-pajjiż jerġa’ jagħmel passi kbar ‘il quddiem.
Carm Mifsud Bonnici appella għal soluzzjonijiet maqbula bejn iż-żewġ naħiet.
//= $special ?>