Il-Prinċep Joachim tal-Belġju talab skuża talli attenda għal party fi Spanja u marad bil-coronavirus, fi żmien meta Spanja qed tinżamm taħt lockdown.
Hu esprima dispjaċir u insista li se jaċċetta ‘il-konsegwenzi’.
Joachim, li għandu 28 sena, kien ivvjaġġa minn Belġju lejn Spanja fis-26 ta’ Mejju u jumejn wara attenda l-party fil-belt ta’ Cordoba.
Ir-rapporti qalu li l-prinċep, neputi tar-Re Philippe tal-Belġju, kien fost 27 persuna preżenti għal dik l-attività.
//= $special ?>