Lokali

AĠĠORNATA: Jaqleb għall-aħjar ir-raġel li kien involut f’ ħabta bejn 3 karozzi fi Triq tal-Balal

Ir-raġel mil-Litwanja residenti San Pawl il-Baħar li kien qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’ħabta bejn 3 karozzi issa qaleb għall-aħjar u m’għadux fil-periklu. Ir-raġel kellu jittieħed l-isptar b’urġenza u għal xi ħin kien qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Il-każ seħħ ftit wara 6:00pm fi Triq tal-Balal, fil-limiti tan-Naxxar fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vettura misjuqa mill-vittma ta’ 30 sena kellha impatt ma vettura misjuqa minn mara ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar u raġel ta’ 33 sena mill-Mellieħa fejn flimkien ma’ dan tal-aħħar kien hemm passiġġiera ta’ 70 sena

Fuq il-post ġiet msejħa l-assistenza tal-Pulizija, tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-inqas tlett ambulanzi – fejn ittieħdu l-isptar għal aktar kura l-Litwen li ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji kif ukoll l-anzjana liema kundizzjoni tagħha għad trid tiġi kkonfermata.

Għal xi ħin l-imsemmija triq fid-direzzjoni lejn San Ġwann ingħalqet għal xi ħin.