Coronavirus Lokali Saħħa

Titħassar il-Press Conference ta’ Charmaine Gauci

Il-media għadha kemm ġiet infurmata li l-Professur Charmaine Gauci mhux se tkun qed tindirizza lill-media għall-bulettin mediku li qed ikun skedat it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

Ġejna nfurmati li se tkun qed issir Press Conference konġunta bejn is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika u l-Prim Ministru matul il-ġurnata. L-aħħar darba li saret konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attendew Robert Abela, Chris Fearne u Charmaine Gauci, xorta kien sar il-bulettin mediku fin-12:30pm u allura mhux ċert x’wassal biex din tal-lum titħassar b’dan il-mod.

Jidher li d-dipartiment tal-media fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa kienu nfurmati b’dan tliet minuti qabel kellu jibda l-buletting mediku ta’ Charmaine Gauci.

Filfatt is-sound check kien diġa lest u l-membri tal-media kienu lesti fis-sistema zoom bħas-soltu qabel ġejna infurmati b’din l-aħbar, ftit sekondi qabel kellu jibda kollox.

Għadu mhux ċert eżatt x’se jkun qed jiġri pero sorsi qed jindikaw li bħalissa għaddejja laqgħa bejn Charmaine Gauci u Robert Abela.