Il-Gvern reġa’ ħarab milli jwieġeb mistoqsijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar iż-żjara tal-Prim Ministru Robert Abela fil-Libja fl-aħħar ġranet.
Fil-parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ staqsa, kif għamel fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn, jekk il-Gvern hux se jagħmel stqarrija ministerjali dwar din iż-jara li dwarha ma ngħatat l-ebda informazzjoni. Fil-ħin tal-mistoqsija tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-parlament kien hemm preżenti l-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li din hi materja importanti anki fil-kuntest tat-tliet hemm dgħajjes b’mijiet ta’ immigranti li ma ddaħlux Malta.
Hu poġġa din il-mistoqsija fl-isfond tal-irvellijiet li llum kien hemm fiċ-Ċentru tal-Marsa. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-preokupazzjoni fost il-poplu qed tikber u hemm diversi mistoqsijiet dwar jekk il-ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Libjan hux wieħed temporanju, hekk fil-fatt jorbotx u jekk dan hux ftehim proviżorju.
Jeħtieġ ikun hemm ukoll spjega jekk hux se jinfetħu ċentri fil-Libja u f’Malta għaliex il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
//= $special ?>