Lokali Qorti

Ġlieda fuq allegat arloġġ misruq twassal biex raġel jitressaq il-Qorti

Raġel ingħata l-libertà proviżorja u mara li huwa jaf mistennija titressaq il-Qorti wara li kien involut fi ġlieda magħha u raġel ieħor fuq argumnent dwar arloġġ tal-marka Rolex misruq.

Jean-Pierre Schembri ta ’43 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Claire Louise Stafrace, akkużat b’feriment ħafif fuq Marta Iavorscaia u aktar tard fl-istess jum, hedded u fera ħafif raġel li kien qed jagħtiha lift.

L-inċident seħħ it-Tnejn li għadda nofsinhar f’Ħaż-Żebbuġ u wara kompla f’San Ġiljan, fejn ir-raġel allegatament insulta u attakka tliet uffiċjali tal-pulizija, li rreżista l-arrest u heddidhom.

Schembri kien akkużat ukoll li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja. L-Ispettur Leeroy Balzan Engerer qal fil-Qorti li r-raġel kien iddikjara li għen lill-mara billi xtralha l-ikel tagħha u taha ukoll kenn, biex hi allegatament serqet l-arloġġ Rolex tiegħu.

Schembri wara sab lil Iavorscaia bl-arloġġ tad-ditta fil-pussess tagħha, u fil-kumpanija ta’ terza persuna u t-tlieta spiċċaw jiġġieled bil-ponn. Issejjħu Il-pulizija fuq il-post bi Schembri allegatament jirreżisti wkoll l-arrest.

L-avukati Rene Darmanin u Arthur Azzopardi, qalu fil-Qorti li l-klijent tagħhom mhux ħati u għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest, bl-Avukat Azzopardi jikkontendi li r-raġel kellu tifel żgħir x’jieħu ħsiebu.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat u qalet li l-pulizija kienu tkellmu qabel mar-raġel u qalulu biex ma javviċinax lil Iavourscaia, bl-appelli tagħhom jaqgħu fuq widnejn torox.

Ir-raġel ingħata il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €10,000. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-mara u r-raġel bl-akkużat ikun ipprojbit milli jersaq lejn San Ġiljan. Huwa ġie ordnat ukoll biex jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa u jidħol kmieni d-dar.