Lokali Qorti

Ħelsien mill-arrest għal suspettat tat-traffikar tad-droga

Żagħażugħ minn Bormla magħruf bħala “Marozz” li ġie arrestat ix-xahar li għadda fuq suspett li kien involut f’ċirku ewlieni ta’ tad-droga ngħata l-ħelsien mill-arrest mill-Imħallef Aaron Bugeja. Dan wara rikors li sar mill-akkużat fejn l-ewwel talba tiegħu mill-Maġistrat Neville Camilleri kienet ġiet miċħuda.

Josef Zammit, 28 sena, kien inżamm taħt arrest preventiv wara li kien wieġeb mhux ħati li s-Sibt filgħaxija tad-9 ta’ Mejju li għadda kien fil-pussess aggravat ta’ kokaina, eroina u kannabis.

Zammit kien instab fil-pussess tad-droga kif ukoll b’madwar € 6,000 fi flus kontanti meta ġie arrestat flimkien mal-ħabiba tiegħu ta ’15-il sena. L-investigaturi sussegwentement skoprew aktar flus kontanti, oġġetti relatati mad-droga, arma tan-nar u munizzjon meta marru jfittxu f’żewġ residenzi f’Bormla.

Zammit kien mixli wkoll b’ħasil ta’ flus, li rreżista b’mod vjolenti, hedded u nsulenta lill-uffiċjali tal-Pulizija, li rrifjuta li jobdi ordnijiet leġittimi, kif ukoll li kellu pussess ta’ arma mhux liċenzjata, u li huwa reċidiv.

Huwa kien ġie akkużat ukoll li kien involut f’atti sesswali ma’ minorenni. Hekk kif il-kumpilazzjoni tal-provi kienet kompliet matul il-kriżi tal-COVID-19, diversi xhieda tal-prosekuzzjoni ġew imsejħa jixhdu, inkluż it-tfajla tal-akkużat li kienet tat ix-xhieda tagħha wara bibien magħluqa.

L-investigazzjonijiet żvelaw numru ta’ vetturi, inkluż Corvette, fil-pussess ta’ Zammit. Waqt waħda mis-seduti, negozjant tal-karozzi, li kien biegħ il-Corvette sewda Z O6 lill-akkużat, kien spjega fil-Qorti kif kien ittrasferixxa l-karozza sportiva f’isem missier l-akkużat għall-prezz ta’ €52,000.

Kemm l-akkużat, kif ukoll missieru kienu ċemplu biex jaraw il-vettura, u qabel it-trasferiment tagħha kienu ħallsu €2,000 bħala depożitu u wara kkonsenjaw il-kumplament tal-flus, jiġifieri €50,000, fi flus kontanti.

Is-sid ta’ propjetà f’Bormla li kien innegozja l-bejgħ tiegħu mal-akkużat għal € 100,000, kien xehed li l-missier kien ħallas €70,000 fi flus kontanti, u wara ħallas il-bilanċ li kien fadal, permezz tat-trasferiment ta’ tliet vetturi.

L-Ispettur Kevin Pulis li flimkien mal-Ispetturi Lianne Bonello u Roxanne Tabone qed imexxi l-Prosekuzzjoni kien spjega fil-Qorti kif fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus, assistiti mir-Rapid Intervention Unit (RIU) wettqu operazzjoni dwar allegat traffikar tad-droga u ħasil ta’ flus.

Il-Pulizija kienet waqqfet karozza waqt li din kienet qiegħda tinstaq f’Ħaż-Żabbar fejn spiċċa biex ġie arrestat Zammit li flimkien miegħu kellu tfajla ta’ 15-il sena.

L-Ispettur Pulis xehed li minn tfittxija li saret fil-vettura, nstab numru konsiderevoli ta’ qratas bit-trab abjad u kannella, suspettata droga kokaina u eroina, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Kien saħaq li dak il-ħin inqalgħet kommossjoni filwaqt li t-tfittxijiet tal-Pulizija ssoktaw f’żewġ residenzi f’Bormla fejn minbarra diversi flus kontanti u karozza lussuża u arma tan-nar fost affarijiet oħra, nstabet ukoll opra tal-baħar u arma tan-nar fost oħrajn. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għall-akkużat.