Lokali

“Hemm xi patt ta’ Robert Abela ma’ Joseph Muscat?” – PN


Issa li għaddew 24 siegħa minn xiehda xokkanti fil-Qorti,il-Partit Nazzjonalista nnota li Robert Abela waqa’ fil-mutau qal li f’dan l-istadju fid-dover li jagħmel għadd ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru Robert Abela:

  1. Hemm xi patt bejn Robert Abela u Joseph Muscat li fisser li Chris Cardona ma jitneħħiex minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, jiġri x’jiġri, anke jekk dan ikun implikat fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia?
  2. X’jaf Chris Cardona fuq Robert Abela li bih xtara s-silenzju u l-kompliċita’ ta’ Robert Abela?
  3. X’fih il-mobile ta’ Chris Cardona tant li jekk jiġi fl-idejn, “iwaqqa’ Gvern” fi kliem mandant tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia?
  4. Sejjer il-Prim Ministru minn jheddu jitlob lill-Pulizija tinvestiga bl-aktar mod assolut u immedjat l-allegazzjonijiet kollha li saru fil-Qorti, mhux biss fil-konfront ta’ Chris Cardona, imma anki fil-konfront ta’ Silvio Valletta?
  5. Għall-Prim Ministru ‘normalita’’ tfisser li jibqa’ għaddej bħall-Prim Ministru ta’ qablu, li nafu kif kellu jitlaq mill-poter f’ambjent ta’ impunita’ sħiħa favur nies bħal Keith Schembri u l-klikka li kien hemm Kastilja?  Dan il-patt imxajtan bejnu u Joseph Muscat?

L-istqarrija ffirmata mis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech qalet li f’isem il-poplu onest u bieżel ta’ pajjizna, il-Partit Nazzjonalista jistenna tweġiba immedjata minghand Robert Abela.