Lokali

“Il-Kumpanija Torka hi responsabbli għall-pagi tal-ħaddiema” – Fortina Investments

Il-ħaddiema li qed jaħdmu fuq is-sit tal-lukanda Fortina u li dalgħodu ipprotestaw minħabba arretrati fil-ħlas tagħhom huma impjegati tal-kumpanija tal-kostruzzjoni Torka TACA u mhux impjegati tal-iżviluppaturi.

Rapporti fuq mezzi tax-xandir jgħidu li dawn il-ħaddiema ilhom ma jitħallsu madwar ħames xhur. Fi stqarrija, il-kumpanija Fortina Investments qalet li s-sussidjarja tagħha Fortina Contracting, onorat l-obbligi finanzjarji kollha mal-kumpanija Torka għal dak li għandu x’jaqsam ma’ pagamenti marbuta mal-proġett.

L-istqarrija ttemm li hu ta’ dispjaċir li l-ħaddiema ma tħallsux ta’ xogħolhom u se tagħmel dak kollu possibbli li jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema.

Tags