Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi nsista fil-parlament li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga l-interess li ħa Segretarju Parlamentari fl-isptar pri-fabbrikat li l-gvern kien qed jippjana għall-COVID 19 u l-mod kif dan twaqqaf u ma sarx.
Dwar il-pre fabircated hospital li l-gvern kien qed jippjana huu qal li f’Marzu 2020 hu wera li s-sejħa għall-offerta kienet ħadma. Id-dokumentazzjoni suppost tkun voluminuża iżda kienet biss ftit karti waqt li kienet miftuħa biss għal tliet ijiem għax il-gvern ried jgħaġġel.
Id-deputat Nazzjonalista qal li kien hemm nuqqasijiet fl-offerta u fis-7 ta’ Mejju 202 staqsa lill-Ministru tas-Saħħa biex jgħid min kien rebaħ l-offerta u kemm kien il-prezz. Hu qal li l-gvern waqqaf din l-offerta u għalhekk hu kien staqsa jekk s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi kienx ħa interess f’dan il-proġett.
Jason Azzopardi qal li l-Ministru tal-Fiannzi u l-Ministru tas-Saħħa ma kienx jafu b’dan u kollox sar minn warajhom. Hu kompla li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi kien ħa interess f’dan l-isptar iżda l-Gvern ma weġibx dwaru.
Min se jinvestiga? Għaliex għamel u turn il-Prim Ministru? Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu obbligu li jiftaħ investigazzjoni kull fejn ikun hemm informazzjoni dwar korruzzjoni. Hu qal li l-Gvern ma ċaħadx id-domnda tiegħu. Is-silenzju jtarrax!
Għaliex ma nfetħitx investigazzjoni dwar dan? Jidher li kien hemm min ried jagħmel negozju illegali anki mill-mard; minn sptar. Dan meta s-swieq Ewopej kienu kollha magħluqa. Kien hemm anki kumpanija Maltija li kienet digà għamlet kuntatt ma’ kumpanija Ġermaniża.
Dawn m’humiex kumbinazzjonijiet għaliex il-Gvern kien iddikjara li ried jibni sptar urġentament. L-offerti li ntefgħu kienu ta’ €12-il miljun u €17-il miljun. Is-sejħa twaqqfet wara li tkellem hu, sostna Jason Azzopardi, li kompla li jistenna li l-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga dan il-każ kif inhu dmiru.
Jason Azzopardi tkellem dwar l-iskandlu tas-sentenza li ngħatat mill-Qorti Appell li dawret sentenza ta’ erba’ snin ħabs fuq ħasil ta’ flus għal waħda ta’ probation. Hu sostna li uffiċjal pubbliku kien ammetta fil-qorti ħasil ta’ flus; fost reati oħra u kien kundannat erba’ snin ħabs.
Hu appella u fl-appell, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li kien rappreżentat minn avukat trainee li għamel oġġezzjoni u qal li ma kienx qed jinsisti fuq ħabs kif riedet id-difiża.
Jason Azzopardi kompla li fil-Qorti tal-Appell Kriminali l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kif kien rappreżentat minn avukat li ma kkonsultax lill-Avukat Ġenerali kif suppost sar.
Waqt li l-każ kien quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, hemm proċedura tar-rinviju fejn il-proċess jintbagħat darba kull xahar għand l-Avukat Ġenerali fejn ikun hemm avukat fuq il-każ li tul il-proċess xogħlu jkun li jitratta mal-ispettur tal-każ biex jaraw li ma jitħalla xejn barra.
F’dan il-każ l-avukatessa anzjana imxiet korrettament u quddiem il-maġistrat, id-difiża talbet probation. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġeneral rappreżentat mill-avukat anzjan mara oġġezzjona u l-ispettur prosekutur oġġezzjona wkoll għaliex il-każ kien gravi u serju li jinvolvi uffiċjal pubbliku u l-piena kellha tiżdied.
Dan il-każ ma kienx jistħoqqlu probation. Fl-appell l-AĠ kien rappreżenetat mill-avukat trainee li kien ukoll f’kuntatt mad-Dipartiment tal-Arikola fuq xogħol legali u li aktar tard telaq mill-AĠ u mar jiddefendi lil persuna akkużat b’mandant ta’ qtil.
Fl-appell dan l-avukat mar kontra avukat l-anzjan u kontra l-ispettur u ddikjara li ma kellux diffikultà li tingħata ħabs iżda probation. Fl-interss ta’ min sar dan?, staqsa Jason Azzopardi, li appella li l Kummisjsoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex tara jekk l-affarijiet sarux kif suppost.
//= $special ?>