Raġel ta’ 45 sena, residenti l-Fgura ġie lliberat minn kull akkuża fuq serq ta’ flus, theddid u ħsara f’ appartament fil-konfront tas-sieħba tiegħu minħabba nuqqas ta’ provi. Dan sostanzjat mill-fatt li l-mara ma rieditx tixhed kontrih u ħafrtilu. Il-koppja għandhom ukoll tfal minuri.
Alaq Ben Ahmad Abid, imwieled is-Sirja ma nstabx ħati mill-Maġistrat Nadine Lia li fis-26 taMejju li għadda, għall-ħabta tat-8:30p.m. fl-apparament ta’ omm uliedu f’Birżebbuġia kkommetta serq ta’ flus kontanti u set ċwievet tas-sieħba tiegħu.
Huwa ma nstabx ħati wkoll li wettaq ħsara li ma tiskorrix il-€250 u li hedded inġurja lis-sieħba tiegħu u li kiser il-paċi pubblika bgħajjat u ġlied. Huwa ġie lliberat ukoll li kiser Ordni taProtezzjoni favur is-sieħba tiegħu u li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu bdigriet tal-Qorti li permezz tiegħu huwa kien ingħata l-helsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-Qorti semgħet lis-sieħba tiegħu twaqqa’ għall-kwerela li hija stess kienet għamlet fil-konfront tiegħu. Hija rrinunzjat ukoll għall-azzjoni kriminali fil-konfront ta’ Ahmad Abid u li qalet li kienet qed taħfirlu u għażlet li ma tixhidx fil-konfront tiegħu għal diversi raġunijiet, fosthom li għandhom ukoll tfal flimkien.
Il-Qorti wara li semgħet it-trattazzjoni miż-żewġ partijiet fejn huwa kien
jinsab akkużat b’diversi reati fil-konfront tas-sieħba tiegħu fosthom li kisser xi affarijiet tad-dar, u li ħadilha ammont sostanzjali ta’ flus kif ukoll li serqilha zewg pari ċwievet tal-appartament tagħha, kkunsidrat ir-rinunzja tal-allegata vittma.
Għaldaqstant minħabba nuqqas ta’ provi Alaq Ben Ahmad Abid ma nstabx ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontrih u ġie lliberat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.
//= $special ?>