Lokali Parlament

Is-sensara intlaqtu ħażin minħabba l-korruzzjoni tal-gvern

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li s-sensara ntlaqtu ħażin u se tiddaħħal forma ta’ liċenzja minħabba l-korruzzjoni tal-Gvern u l-ħasil tal-flus fil-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo tkellem fil-parlament dwar l-importanza ta’ liċenzja tas-sensara u qal li minħabba l-ħasil tal-flus, il-pajjiż ħass li kellu jdaħħal liċenzja.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu l-iskrutinju tal-Moneyval li qed iwassal li tiddaħħal liċenzja fejn m’hemmx. Din m’għandhiex tissejjaħ liċenzja iżda ċertifikat ta’ kompetenza jew warrant.

Hu qal li l-Gvern qed jiffaċilità l-ħasil tal-fus fejn il-Gvern ħalla l-ekonomija tikber minkejja kollox. Il-Gvern ma riedx li l-ekonomija tikber bis-sewwa, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-Gvern qed ifittex li jassigura minn fejn ġejjin il-flus.

Kieku l-pajjiż kellu Gvern kontabbli, il-Moneyval ma kinitx titob lill-Gvern biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li qed jagħmel.

Hu qal li s-sensara se jkollhom diffikultajiet u ma jistgħux jagħmlu iktar minn żewġ senseriji propju minħabba l-korruzzjoni tal-Gvern. Edwin Vassallo ppropona li jun hemm iktar minn żewġ senseriji

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ex Prim Ministru għamel rapprot li fih stipula li se jkun hemm tnaqqis ta’ 80% fil-konsum; dan se jkollu effetti negattivi fuq kulħadd. Hu appella biex il-Gvern ikun iktar responsabbli u jikkomunika tajjeb quddiem dawn l-isfidi.