Lokali Parlament

Is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti f’Malta hi mwiegħra

Therse Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet fil-parlament li s-sitwazzjoni tal-ġurnalisti f’Malta hi waħda mwiegħra.

Therese Comdini Cachia qalet li l-Liġi dwar is-Sammaritan it-Tajjeb hi waħda mill-eżempji ta’ kif jaħdem il-parlament flimkien għall-ġid tan-nies.

Hi qalet li s-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fil-pajjiż hi waħda mwiegħra u dejjem marret lura taħt Gvern Laburista. Dejjem qed ikun hemm tnaqqis fil-protezzjoni tal-ġurnalisti fejn anki nqatlet Daphne Caruana Galizia.

Iżda din ma kinietx l-uniku sitwazzjoni għaliex hemm sitwazzjonijiet fejn il-ġurnalisti jaħdmu taħt diffikultajiet anki fil-kummenti fin-news portals fejn hemm aggressvità fil-konfornt tal-ġurnalisti. Malta għandha problema f’dan il-qasam li ma jippermettix lill-ġurnalisti li jaqdu d-doveri tagħhom b’mod san.

Hemm anki esponenti Laburisti li jikkundannaw ġurnalisti tal-PBS għax dawn jagħmlu xogħlhom. L-attitudni tal-Gvern fil-konfront tal-ġurnalisti jwassal għal replikazzjoni fil-pubbliku.

Il-ġurnaliżmu hu r-raba’ pilastru tad-demokrazija ta’ dan il-pajjiż; li hu l-aktar pilastru li l-pajjiż għandu bżonn jipproteġi biex iwassal l-informazzjoni imparzjali lill-poplu.

Il-ġurnalisti qed jiffaċċjaw ukoll diffikultajiet biex jakkwistaw informazzjoni taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Istampa. Jeħtieġ li dawn id-drittijiet ikunu garantiti, sostniet id-deputat Nazzjonalista.