Lokali

Is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa AD1949 tippreżenta “Tama”

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju, mid-9 ta’ filgħaxija ‘il quddiem, is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa AD1949 ser jiġi organizzat spettaklu ta’ dawl f’okkażżjoni tal-Festa tat-Trinità Qaddisa fil-Marsa bl-isem ta’ “Tama”.

Kelliema għas-Soċejtà li tkellmu ma’ Net News spjegaw li ħarġu bl-idea sabiex fit-tielet jum tat-tridu, fejn tradizzjonalment jigi iċċelebrat l-akbar marċ ta’ din il-festa, xorta waħda tingħata lill-Pjazza tal-Knisja. Dan minkejja li kawża tal-Covid-19 l-festi madwar l-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin ġew ikkanċellati.

Għaldaqstant ser ikun qed jintrama mal-faċċata tas-sede tas-Soċjetà ser jarmaw il-faċċata tas-sede tagħhom proprja kif kienet tintrama għall-Festa bil-koperazzjoni ta` Spectrum Lighting ser janimaw il-faċċata b’ dwal u Laser li  jispikka u jabbina mat-titlu, “Tama”.