Ivan J.Bartolo, PN
id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo appella biex l-aġenti tal-propjetà jkunu inċentivati għaliex dan hu settur li jħaddem 3,000 persuna.
Fil-parlament Ivan J.Bartolo qal li qal li l-Moneyval hi problema u sfida għall-Maltin kollha u mhux għall-Gvern biss Malta ma titpoġġiex fil-lista l-griża. Għalhekk din hi liġi li se tagħmel ġid mhux biss lill-aġenti tal-propjetà iżda wkoll lill-pajjiż kollu fil-kuntest tar-rapport tal-Moneyval.
Hu qal li din hi liġi li tolqot il-kostruzzjoni fejn hemm 16,000 impjieg u 3,000 oħra fir-real estate; total ta 19,000 familja. Fl-2017 saru 14,219 konvenju fil-pajjiż, fl-2018 saru 15,000 konvenju li ġġeneraw €3.5 biljun waqt li fl-2019 saru madwar 13,000 konvenju li ġġeneraw madwar €3 biljuni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hu tajjeb li s-sensara jkunu rikonoxxuti għaliex il-professjoni tagħhom teffettwa ħafna nies li jixtru propjetà. F’dan is-settur hemm nies li għandhom ħafna esperjenza, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-esperjenza għandha tingħata r-rikonoxximent li jistħoqqilha.
Ivan J.Bartolo kompla li dawk li jidħlu ġodda fis-settur għandhom jingħataw l-opportunità li jaħdmu biex jibdew jibnu n-network tagħhom. Hu qal li hemm ukoll persuni li jkunu ġejjin minn riabilitazzjoni u jkunu daħlu f’dan is-settur u jkunu qed jagħmlu suċċess. Dawn in-nies għandhom ikunu ikkunsidrati. Għandu jkun hemm proċess ta’ eliġibilità qabel jinbena t-taħriġ u toħroġ il-liċenzja.
Id-deputat Nazzjonalista qal li mhux kulħadd għandu jikseb il-liċenzja, li se toħroġ għal ħames snin bl-impenn li in jikseb il-liċenzja għandu jkompli jitħarreġ.
Il-Bord u l-Awtorità jridu jinfurzaw ir-regoli, sostna d-deputat Nazzjonalista, li tkellem dwar l-importanza li l-liġi tkun b’saħħitha biex tipproteġi l-kummissjoni tal-aġent.
Jeħtieġ li jkun hemm ukoll kodiċi ta’ etika fis-seħħ. Hu appella biex l-aġenti tal-propjetà jieħdu kreditu fuq il-ħlas ta’ €800 li jrid jitħallas fuq it-taħriġ li se jsir.
//= $special ?>