Knisja Lokali

Lura l-Knisja? Trid issegwi dawn it-12-il miżura

Għal waqt it-tqarbin, il-pubbliku mhux ser ikunu qed joħroġ minn postu

X’ser ikun qed isir fil-knejjes tagħna fit-13 ta’ Ġunju?

1. Kull min jattendi għal quddies (u għandu aktar minn 3 snin) irid jilbes maskra protettiva jew visor tul iċ-ċelebrazzjoni sħiħa, ġaladarba ma jkunux persuni vulnerabbli li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jilbsuha.

2. Trid tinżamm id-distanza ta’ żewġ metri sakemm il-persuni ma joqgħodux fl-istess residenza. Dan filwaqt li m’għandhomx jiddaħħlu aktar minn persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri tal-post fejn joqgħod il-pubbliku.

3. Fejn possibbli fil-post (l-għaliex hemm il-possibilità li ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies issir barra) ikun hemm żewġ postijiet separati għad-dħul u ħruġ. Kif ukoll ġie indikat li għandu jkun hemm ukoll usher/s biex jigwidaw lill-pubbliku fejn ipoġġu bilqiegħda kif ukoll rakkomandat li dawn jiċċekkjaw t-temperatura tal-pubbliku kif jidħlu. Ġie ordnat ukoll sabiex jitqiegħdu sanitizer mal-entraturi għall-użu tal-pubbliku.

IMPORTANTI: Persuni li jsofru minn mard respiratorju kroniku jew oħrajn li jkollhom sintomi ta’ influwenza mhux ser jitħallew jidħlu fil-Knisja.

4. Ġie rakkomandat li l-qrar idealment isir b’appuntament, sabiex jiġu evitati il-kjuwijiet. Dan mhux ser ikun qed isir f’konfessjonarju, iżda f’post rakkomandat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Fejn ma jkunx hemm lok fejn tinżamm id-distanza, għandu jkun hemm screen protettiv li jkun diżinfettat wara kull persuna.

5. Huwa ordnat sabiex il-kotba, karti u fuljetti jitneħħew minn fejn ikun hemm aċċess għall-pubbliku. Ġie rakkomandat ukoll li kull lettur ikollu għandu jkolli print-out jew ktieb għalieh. Kif ukoll, kemm huwa possibli ma jintużax l-istess mikrofonu.

6. Il-Kurja ordnat li l-abbatini jew min jgħin waqt il-Quddies għandu jkollom minn sittax-il sena ‘il fuq. Dan filwaqt li m’għandux ikun hemm kuntatt fiżiku bejn il-pubbliku, lanqas waqt l-għoti tal-paċi. Waqt il-quddiesa, iċ-ċelebrazzjoni għandha tkun animata minn kant ta’ solisti mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ kor.

7. Qed jiġi ordnat biex ma jittellgħux l-offerti waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Huwa rakkomandat ukoll sabiex l-Ewkarestiji jkunu mgħottija tul il-ħin kollu, inkluż waqt il-konsagrazzjoni.

8. Għal waqt it-tqarbin, il-pubbliku mhux ser ikunu qed joħorġu minn posthom iżda ser ikun is-Saċerdot ser ikun qed iqarben lin-nies f’posthom. It-tqarbin ser isir fl-idejn biss.

9. Dan filwaqt li l-fontijiet tal-ilma imbierek ser ikunu qed jitħallew vojta – l-ebda ilma imbierek ma huwa ser ikun aċċessibli għall-użu liberu tal-pubbliku.

10. Waqt iċ-ċelebrazzjoni ma huwa ser isir ebda ġbir ta’ donazzjonijiet. Madanakollu ser ikunu qed jitħallew kontenituri madwar il-Knisja fejn persuna tista tagħmel l-għotja tagħha.

11. Ma jistgħux jintmessu xbihat sagri mill-pubbliku, inkluż kurċifissi u vari, u għaldaqstant ser tkun indikata d-distanza li persuna għandha żżomm minnhom.

12. Dan filwaqt li waqt iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ id-distanza soċjali m’hemmx għalfejn tiġi rispettata bejn l-għarajjes.

KURŻITÀ: Ċelebrazzjonijiet twal? Tħabbilx moħħok. Huwa rakkomandat li l-Quddiesa ma tieħux ħin fit-tul aktar milli meħtieġ