Coronavirus Lokali Saħħa

Chris Fearne kkonferma li l-kumpanija li tmexxi l-isptarijiet bidlet l-idejn

It-3 sptarijiet tal-poplu jerġgħu f'idejn sidien ġodda

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija mid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, fil-Parlament, meta staqsa dwar il-kwistjoni tas-sidien ta’ Steward Healthcare, il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, ikkonferma li nbidlu l-idejn tal-kumpanija li tamministra 3 sptarijiet tal-poplu Malti.

Dan wara li tħabbar li grupp ta’ tobba, impjegati tal-kumpanija Amerikana, kisbu maġġoranza ta’ 90% tal-ishma fi Stewart Healthcare, li tmexxi l-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u dak t’Għawdex.

Fearne kkonferma din l-aħbar wara komunikat verbali mal-Kap Eżekuttiv ta’ Stewart Healthcare u qal li l-Gvern qed jistenna spejgazzjoni bil-miktub dwar dan sabiex ikun jista’ jħabbar id-dettalji ta’ dawn l-iżviluppi fil-jiem li ġejjin.

Minkejja dan, il-Gvern għad m’għandux pożizzjoni dwar l-aħħar żviluppi u allura Chris Fearne qal li ma kellux aktar kummenti x’jgħaddi. Huwa serraħ l-imħuħ tal-ħaddiema li Stewart għadhom kommessi li jżommu mal-obbligi kuntrattwali.

Intant, aktar kmieni llum sar magħruf li Stewart Healthcare talab bailout mill-istat Amerikan ta’ Pensylvania u ta ultimatum lill-Gvernatur Michael Callum sabiex ikopri l-ispejjeż u d-djun kollha tul il-pandemija tal-COVID-19 ta’ wieħed mill-isptarijiet, inkella jagħlqu l-bibien.

Din it-theddida waslet biex l-istat Amerikan jagħtu 8 miljun dollaru lil Stewart Healthcare sabiex żamm l-isptar miftuħ tul April.