“Il-Partit Laburista qed jibqa’ jinsulenta lill-eluf kbar ta’ ħaddiema li spiċċaw bla xogħol u l-familji tagħhom, meta qed jibqa’ jmeri ċ-ċifri uffiċjali tal-persuni bla xogħol.”
Tenna dan il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija l-Erbgħa filgħaxija hekk kif qalu li huwa ċar iswed fuq l-abjad li l-ammont tal-persuni bla xogħol f’pajjiżna llum jammonta għal 10,816.

Il-Partit Nazzjonalista kompla li bir-ras iebsa tiegħu, il-Partit Laburista qed jerġa’ jikkonferma li ma jafx kemm hawn ħaddiema bla xogħol u wisq iktar kemm qegħdin ibatu l-familji tagħhom.
“Il-Partit Laburista qed juri kemm mhux kapaċi li jgħinhom b’miżuri u inċentivi waqt dan iż-żmien ta’ kriżi. Għall-Partit Laburista, dawn l-eluf ta’ persuni u l-familji tagħhom ma jeżistux.

Fid-dawl li lanqas il-Ministri ma jafu kemm huwa n-numru tal-persuni bla xogħol, il-PN saħaq li Robert Abela ma jistax jippretendi li l-affarijiet sejrin lura għan-normalita’ sempliċement billi jinjora lil dawn l-eluf ta’ ħaddiema.
//= $special ?>