Operazzjoni konġunta minn Uffiċjali tat-taqsima ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus u mill-Unit tal-K-9 waslet biex inqabbdu €13,690 fi flus kontanti fil-lounge tat-tluq fl-Ajruport. Il-flus nstabu fuq passiġġier qabel titjira ta’ ripatrijazzjoni lejn l-Albanija.
Minkejja li d-Dwana rrilasat xi ftit mill-miżuri ristrettivi minħabba l-imxija tal-Covid-19 iżda r-regolamenti dwar flus kontanti baqgħu fis-seħħ biex jimminimizzaw flus kontanti milli joħorġu mill-pajjiż b’mod illegali.
Bil-liġi Ewropea u nazzjonali, il-passiġġieri huma obbligati jiddikjaraw kwalunkwe ammont ta’ flus kontanti ‘l fuq minn €10,000 (jew ekwivalenti) lid-Dwana malli jaslu, jitilqu jew jgħaddu lejn / minn Malta.
Matul l-aħħar 3 xhur, uffiċjali tad-Dwana kienu għadhom qed iwettqu x-xogħol normali ta’ kuljum minkejja li s-sitwazzjoni anke waqt l-imxija tal-coronavirus f’pajjiżna. Dan ikompli juri l-impenn biex il-fruntiera tagħna jibqgħu siguri.
//= $special ?>