Lokali Parlament

Il-Prim Ministru għandu r-responsabbiltà li jwieġeb lill-poplu – Adrian Delia fil-Parlament

Il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna fil-parlament li l-Prim Ministru għandu r-responsabbiltà li jwieġeb dwar diversi setturi fosthom il-bejgħ ta’ Steward, il-ħbieb li qed ikunu protetti mill-Prim Ministru nnifsu u l-mod kif il-gvern nesa eluf ta’ ħaddiema.

Adrian Delia kompla li l-postijiet tax-xogħol huma l-aktar li huma fuq moħħ kulħadd ta’ inkwiet u tħassib u l-inqas li l-gvern jixtieq jitkellem fuqhom. Il-Prim Ministru naqas milli jitkellem dwar is-sensji li qed jingħataw imma saħansitra l-gvern ħareġ stqarrija fejn attakka diskors tal-Kap tal-PN dwar il-qagħad.

Adrian Delia qal li l-gvern iddikjara li 7,000 persuna m’humx xejn u ma jeżistux għall-gvern. Rapport tal-NSO juri l-qagħad reġistrat mal-Jobs Plus 4,000 u jgħid li f’April 2002 il-qagħad kien 10,816.

Il-gvern ma jimpurtaħx minn 7,000 persuna; li assolutament mhux jgħinhom u mhux jirrikonoxxi l-eżistenza tagħhom. Il-Gvern jinsab sieket u qed jinsolenta lil dawn il-ħaddiema. Il-Prim Ministru qed jinsulenthom b’insensitività.

Il-Prim Ministru jrid in-normalità billi jibgħat lill-ħaddiema għax-xogħol iżda fejn se jmorru dawk l-10,000 ħaddiema jekk dawn m’għandhomx impjieg? Għall-gvern, iż-żgħar ma jfisser xejn.

Adrian Delia kompla li l-ħaddiema u negozji żgħar qed jirriskjaw l-uniku sors ta’ għajxien.

Is-settur tas-saħħa wera li meta l-Maltin ikunu flimkien kapaċi jikkonvinċu poplu sħiħ li hemm bżonn kawtela. Il-Prim Ministru qed ikabbar l-inċertezza; kulaħdd irid in-normalità u ma jrid jibqa’ jgħix f’din l-inċertezza.

Il-Kap tal-PN kompla li l-Prim Ministru mhux jagħti konfort bl-għajnuniet ta’ investiment biex kulħadd jippjana. L-istess qed isir fl-iskejjel fejn m’hemmx ċertezza jekk dak li se jgħid il-Prim Ministru hux ibbażat fuq il-fatti u fuq ix-xjenza.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Kamra tal-Ispiżjara qalet li dan hu inult kbri għalihom u lejn il-poplu Malti. Il-Union tal-Infermiera qalet li d-diskors tal-Prim Ministru kien xokkanti u traskurat. L-MEA ma qabiltx mal-gvern dwar il-maħfra. L- Assoċjazzjoni tal-Psikjatriċi qalet li l-Prim Ministru ma mexiex mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa; propju meta l-pajjiż jinsab f’emerġenza tas-saħħa.

Il-Kap tal-PN kompla li l-Assoċjazzjoni Medika appellat biex il-poplu jisma biss mit-tobba. Il-Police Officers Union qalet li l-maħfra hi insult lill-poplu u l-Għaqda tal-Prfoessjonisti fis-Saħħa appellat biex il-gvern jippubblika l-istrateġija u l-pariri li għandu.

Adrian Delia appella biex dan isir b’mod immedjata mill-Prim Ministru.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla qed isiru binijiet bla osservanza tal-liġi għax qed jippretendu li jingħataw amnestija. Id-djar għandhom ikunu l-aktar postijiet siguri u bla biża li dawn se jikkrollaw. Il-gvern qed jgħid le lill-poplu f’dan ir-rigward.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għall-Prim Ministru, il-parlament ma jeżistix għax ma jmurx u jwieġeb u jiddiskuti għall-aħjar tan-nies kif għandhom dritt. Hu semma’ l-irvellijiet fil-Marsa wara dawk ta’ Ħal Far iżda ebda informazzjoni.

Adrian Delia qal li l-pulizija, l-ħaddiema u s-suldati għandhom ikunu siguri fuq il-post tax-xogħol iżda l-gvern ma jgħid xejn. Fiċ-ċentri li hawn fejn m’hemmx post mhux joffri serħan il-moħħ.

Il-gvern mhux se jwieġeb u l-Prim Ministru jsib il-konfortt fuq l-istazzjon televiżiv tiegħu iżda meta jkollu aħbar importanti fil-kuntest tal-koas imur il-PBS u jagħmel konferenza ta’ iktar minn siegħa iżda ma jgħid xejn. Ma jgħid xejn dwar l-impjiegi u s-sigurtà, in-negozji, il-pensjonanti u kif se jikkrea l-ġid.

Il-Kpa tal-PN irrifera għax-xhieda fil-qorti dwar il-konġuri u ċ-ċrieki flimkien man-neis fil-politika mal-gvern li allegatament huma involuti fil-kriminalità; inkluż esponenti tal-PL li għadhom fil-parlament u dwarhom ma saret ebda investigazzjoni. Il-Prim Ministru ma qal xejn dwar dan; f’kull pajjiż id-dinja dawn kienu jwasslu għar-riżenji għax hemm ir-responsabbiltà politika.

M’hawnx ċertezza li qed jassiguraw li jkun hemm konsegwenza għal min jikser il-liġi. L-uniċi nies li fil-pajjiż iħossuhom siguri huma n-nies li jipproteġi l-gvern; il-ħbieb u l-poltiċi ħbieb ta’ Robert Abela li għandhom protetti minn Kastilja. Tneħħi dawk li ffirmaw il-patt imxajtan, aħna kollha nemel u m’aħna xejn, sostna Adrina Delia.

Hu tkellem dwar il-begħ ta’ Steward; propju wara li fil-parlament kien hemm diskussjoni li għandu jkun knaċellat kuntratt ta’ €100 miljun li għamel Konrad Mizzi; li għadu qed jitħallas bla ma jattendi l-parlament. Adrian Delia kompla li l-gvern ma qalx jekk Steward inbiegħetx; min xtraha? Hu staqsa dwar il-postijiet tax-xogħolu s-sigurtà u qal li l-OHSA llum saret ‘Omertà, Ħabi għal Sħab Robert Abela’.