Tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aqwa sewwieqa ta’ kull żmien fil-Kampjonati tal-Moto GP Carlo Ubbiali fl-età ta’ 90 sena. Hu kien l-aħħar sewwieq mill-ewwel Grand Prix li kienet saret fl-1949 fl-Iżvizzera.
F’karriera mill-aqwa, Carlo Ubbiali rebaħ 39 Grand Prix f’71 tellieqa filwaqt li spiċċa 68 darba fuq il-podju. Il-karriera tiegħu damet sal-1960 u rtira ta’ 30 sena minkejja li kien fl-aħjar fażi tal-karriera. Fil-kategorija 125 ċilindrata kien champion tad-dinja fl-1951, fl-1955 u fl-1956 kif ukoll bejn l-1958 u l-1960. Fl-istess waqt rebaħ tliet kampjonati fil-250 ċilindrata fl-1956, fl-1959 u fl-1960.
Ubbiali kien mat-tim Taljan MV Augusta. Fl-istorja hemm biss qablu Giacomo Agostini u Valentino Rossi u fl-2001 bir-raġun, iddaħħal fil-Hall of Fame tal-Moto GP.
//= $special ?>