Lokali Parlament

Infurzar għal kwalità ta’ saħħa aħjar

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex fil-pajjiż ikun hawn infurzar tar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għaliex dan iwassal għal kwalità ta’ saħħa aħjar.

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol hi importanti biex ikun assigurat li l-ħaddiema jkunu qed josservaw u protetti biex jitnaqqsu l-inċidenti.

L-istandards qed dejjem jiżdiedu biex ikun garantit is-sigurtà, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-Awtorità għandha rwol importanti fl-infurzar biex ikuna assigurat li jseħħ dak li kulħadd jixtieq. L-infurzar hu bżonnjuż u ta’ importanza biex ikunu protetti l-ħajjiet.

Il-kostruzzjoni hu l-qasam fejn hemm l-aktar periklu. Jeħtieġ li dan is-settur ma jkollux iktar fatalitajiet kemm għall-Maltin kif ukoll għall-ħaddiema barranin. Jeħtieġ iktar edukazzjoni biex jasal il-messaġġ li kulħadd jagħti sehmu. Minn iħaddem għandu jaħdem mal-Awtorità biex ikun hemm il-protezzjoni meħtieġa.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-saħħa mentali u qal li minkejja li din mhix saħħa fiżika li tidher hawn sfida kbar f’dan is-settur assoċjati mal-postijiet tax-xogħol. Hu qal li l-problemi ta’ saħħa mentali qed jikbru u għalhekk għandu jkun hemm edukazzjoni u tagħlim lill-poplu. Għandu jkun hemm ambjent san fuq il-postijiet tax-xogħol.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika s-sitwazzjonijiet prekarji li jaħdmu fihom ċertu ħaddiema u qal li għandu jkun hemm iktar infurzar biex il-pajjiż ikollu kwalità ta’ saħħa aħjar.

Stephen Spiteri semma’ s-sitwazzjoni tal-COVID 19 u qal li din hi realtà li għadha teżisti. Malta rnexxielha jiġġieled din l-isfida u tgħeleb ħafna minnha; iżda jeħtieġ li kulħadd ikun responsabbli b’aktar edukazzjoni. Jeħtieġ li jkun assigurat li l-front liners ikunu protetti minn din il-marda u għalhekk għandu jsir l-investiment fuq il-post atx-xogħol.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ kif fl-Italja mietu 140 tabib li kienu front liners flimkien mal-infermiera u paramediċi li wkoll meitu madwar id-dinja. Hu qal l l-ħajja hi prezzjuża u għalhekk irridu nkunu protetti biex jitħarsu l-ħaddiema.