Futbol Sport

It-tieni rebħa konsekuttiva għal Eintracht Frankfurt

(Ritratt: EPA)

Eintracht Frankfurt kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u t-tielet riżultati pożittiv wara li barra minn darhom għelbu lil Werder Bremen 3-0. B’din ir-rebħa qabżu lil FC Köln fil-klassifika filwaqt li Werder Bremen baqgħu ta’ qabel tal-aħħar. Werder Bremen kienu ġejjin minn forma pożittiva b’seba’ punti mirbuħa minn kemm ilu li rritorna l-Bundesliga.

ANDRÈ SILVA fetaħ l-iskor fil-61 minuta b’daqqa ta’ ras wara li rċieva mingħand Filip Kostic. STEFAN ILSANKER irdoppja fil-81 minuta meta skorja mill-viċin wara passaġġ ta’ Bas Dost biex reġa’ kien STEFAN ILSANKER li fid-90 minuta ssiġilla r-rebħa b’daqqa ta’ ras wara free-kick ta’ Jonathan de Gusman.

Klassifika wara 29 ġurnata: Bayern Munich 67 punt, Borussia Dortmund 60 punt, Leipzig 58 punt, Borussia Mönchengladbach 56 punt, Bayer Leverkusen 56 punt, Wolfsburg 42 punt, Hoffenheim 42 punt, Freiburg 38 punt, Hertha Berlin 38 punt, Schalke 37 punt, Eintracht Frankfurt 35 punt, FC Köln 34 punt, Augsburg 31 punt, Union Berlin 31 punt, Mainz 28 punt, Fortuna Düsseldorf 27 punt, Werder Bremen 25 punt, Paderborn 19-il punt