Ekonomija Kummerċ Lokali Transport

“It-turiżmu għandu sena u nofs biex jirpilja” – Edward Scicluna

Skont il-Ministru tal-Finanzi, is-settur turistiku ta’ pajjiżna fadallu madwar sena u nofs biex jerġa’ jiġi lura fuq saqajh.

Dikjarazzjoni ċara mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien mistoqsi dwar id-daqqa li ħa dan is-settur kawża tal-pandemija.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret l-Erbgħa filgħodu, Scicluna kien mistoqsi wkoll ghaliex il-Gvern mhux jikkonsidra s-sussidju fuq il-kirjiet kummerċjali kif qed jipproponu ċ-Chamber tal-SME’s. Fit-tweġiba tiegħu huwa qal li din l-għajnuna…skont hu…. qed tingħata bħala parti mill-ghajnuna supplementari tal-pagi.

Intant, il-Ministru Scicluna, filwaqt li ma ċaħadx li bħalissa madwar 11.000 persuna jinsabu bla xogħol…. qal li jispera li dan in-numru jibda jonqos. Dan jikkuntrasta ferm mal-pożizzjoni li ħadu s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo u d-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris…li prova igiddbu ċ-ċifri li għandu f’idejh il-Gvern.