Coronavirus Lokali Saħħa

Jispiċċaw il-Bulettini Mediċi tal-Professur Gauci

Illum sar magħruf li l-konferenzi li b’mod regolari kienet twassal il-Professur Charmaine Gauci, se jispiċċaw. Dan ħabbritu hi stess waqt il-Bulettin Mediku tal-lum, li kien l-aħħar wieħed minn naħa tagħha.

Dan possibilment jaf ifisser li issa mhux se jkollna aktar informazzjoni dettaljata dwar il-każi individwali ta’ Coronavirus u kif qed tiżviluppa t-trażmissjoni lokali.

Bħalissa l-R-Factor jinsab taħt iż-0.5 u n-numri ilhom numru ta’ ġranet f’livell baxx.