Lokali Parlament

Kull ħaddiem għandu jkollu l-ilbies protettiv

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder sostna li kull ħaddiem fil-pajjiż għandu jkollu l-ilbies protettiv fix-xogħol tiegħu.

Fil-parlament Karl Gouder qal li hemm indutsriji li huma iktar riskjużi u perikolużi u għalhekk dawn irid jingħataw pirjorità fl-investiment u fit-tgħamir biex is-saħħa tkun garantita. Dan hu żmien diffiċli ta’ taqlib u għalhekk il-pajjiż għandu jieħu lezzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalsita qal li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol m’għandhiex riżorsi biżżejjed u sostna li f’diversi lokaliatjiet madwar Tas-Sliema u San Ġiljan hemm ilmenti dwar ir-regolamentazzjoni fil-kostruzzjoni.

Hu appella biex il-pajjiż jagħmel impenn serju biex l-Awtorità jkollha r-riżorsi neċessarji biex din tkun b’saħħitha li tista’ tinforza l-liġijiet tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż investa flus kbar f’ilbies protettiv u sostna li mhux aċċettabbli fil-kostruzzjoni jkun hemm ħaddiema li ma jkunux liebsa l-ilbies protettiv. Il-kostruzzjoni hu l-aktar qasam viżibbli fejn ir-riskji jidhru. Għandu jkollna l-istess impenn għas-siti kollha

Id-deputat Nazzjonalista qal li għad sidien li ma ajgħtux każ biżżejjed tas-saħħa; fuq dawn in-nies l-awtoritajiet iridu jkunu ħorox ħafna. L-istess isir mill-ħaddiema li mhux kollha jużaw l-ilbies protettiv li jingħataw.

Karl Gouder sostna li l-mod isir il-bini llum mhux aċċettabbli; il-bini għandu jsir b’rispett sħiħ lejn ir-residenti.