Coronavirus Internazzjonali

L-Italja tkompli tnaqqas il-miżuri – tiftaħ il-fruntieri ma’ numru ta’ pajjiżi Ewropej

L-Italja kompliet ittaffi r-restrizzjonijiet li kienu ddaħħlu fl-aħħar xhur hekk kif ċittadini minn numru ta’ pajjiżi Ewropej jistgħu jivjaġġaw lejn l-Italja mingħajr ma jagħmlu l-kwarantina.

Mil-lum it-Taljani jistgħu wkoll jivvjaġaw minn reġjun għal ieħor.

Fl-Italja iżda xorta waħda qed jissoktaw l-appelli għad-distanza soċjali, u biex il-persuni vulnerabbli jilimitaw il-ħruġ tagħhom. Fl-aħħar 24 siegħa il-pajjiż ġar tagħna kellu 55 fatalità u 318-il każ ġdid ta’ Coronavirus.