Kultura Lokali Mużika Saħħa

L-Orkestra Nazzjonali b’filmat mużikali li jsellem lill-pazjenti tal-COVID-19

Il-kantant Matthew James Borg ingħaqad mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali f'din l-inizjattiva li saret bil-kollaborazzjoni mal-BOV u l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta

L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, b’kollaborazzjoni mal-BOV u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, nieda filmat mużikali flimkien mal-kantant Matthew James Borg, bl-isem “Don Stop Believin'”, b’messaġġ ta’ pożittività sabiex isellem lill-pazjenti bil-COVID-19.

Il-kanzunetta oriġinarjament hija tal-grupp mużikali ‘Journey’ u għandha konnessjoni b’saħħitha mal-pandemija hekk kif l-isptarijiet madwar id-dinja daqqewha meta rrilaxxaw lill-pazjenti mill-isptar.

Dan il-proġett mużikali huwa wieħed minn sensiela ta’ inizjattivi, fosthom il-filmati “Where the Streets have No Name” u “Valletta, a City like No Other in the World”, li jiffurmaw parti mill-Programm Online tal-Orkestra Nazzjonali.