“Ma nafx kif se ngħaddu mingħajrha”… kliem ta’ qism il-qalb minn Doris Curmi f’intervista esklussiva ma’ dan is-sit, li ftit tal-jiem ilu tilfet lil bintha Michelle f’incident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-ġenituri tagħha jiddeskrivuha bħala tifla kwieta li dejjem lesta biex tgħin lill-proxxmu.
In-namra ta’ Michelle għall-muturi bdiet minn mindu kienet għadha tifla żgħira għax kemm missierha u anke ħutha dilettanti… u hekk kif kibret, din in-namra ghall-muturi kompliet meta ltaqgħet mal-partner tagħha James.

Magħna, hu jiddeskrivi l-ewwel darba li ra lil Michelle, fejn qalilna li hekk kif ra l-ewwel darba, mal-ewwel ħa grazzja magħha.
Doris tirrakkuntalna x’ġara eżatt dakinhar tal-inċident… nhar is-17 ta’ Mejju.
“Dak kellhom jiġu jieklu għandi, u wara kienu sejrin ghand missier Michelle. Dak il-ħin għedt, kemm se jdumu u għedt talba… kellu bżonn ma ġralhom xejn. Madwar 20 minuta wara ċempilli l-boyfriend tagħha u qalli li Michelle weġġgħet, però ma ġara xejn kbir… ovvjament qalli hekk biex ma jinkwetanix.”

B’leħen imbikkem tgħidilna li dan l-inċident ħadilha lil bintha. Doris mhu se tinsa qatt l-aħħar kliem li nisslet bintha.
“Il-ħarsa tagħha riedet tgħidli ħudni d d-dar miegħek. Mument minnhom lissnet il-kelma ‘Ma’…. Dawn huma l-aħħar kliem li qaltli binti li se jibqgħu f’qalbi għal dejjem”.
L-għada sfortunamanet Michelle tilfet ħajjitha.

Jason jgħidilna li l-ħolm kollu li kellu ma’ Michelle, issa sfaxxa fix-xejn.
“Dispjaċut ħafna hux għax kellna futur, u l futur spiċċa.”
Michelle ngħatat l-aħħar tislima dalgħodu fil-knisja tal-Imgarr. Jakkumpanjawha fl-aħħar vjaġġ tagħha kien hemm diversi bikers li saqu wara t-tebut tagħha mill-Kamra Mortwarja sal-Imgarr.
