Il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali mal-Gvern sabiex jirtira minnufih id-direzzjoni li ħareġ għall-ġenituri li kienu jaħdmu mid-dar sabiex mill-Ġimgħa jirrappurtaw għax-xogħol mill-uffiċċju.
Din it-talba waslet fid-dawl li mhux biss l-iskejjel huma magħluqa, talli ċ-ċentri ta’ ħarsien tat-tfal ma joffrux is-servizz lil tfal akbar minn 3 snin u anki SkolaSajf mhix se tiftaħ qabel l-1 ta’ Lulju. Biex tkompli tgħaxxaq, kemm dawn iċ-ċentri kif ukoll SkolaSajf se jieħdu anqas tfal peress li se jiftħu b’anqas kapaċità.
Fin-nuqqas li l-Gvern jirtira din id-direzzjoni, il-union tat direttivi lill-ġenituri li m’għandhomx ma’ min iħallu lil uliedhom sabiex jibqgħu jagħmlu xogħlhom mid-dar bħalma qed jagħmlu sal-lum.
Fil-fehma tal-union, din id-deċiżjoni ttieħdet b’tant għaġla li ma kkunsidratx il-fatt li dawn il-ħaddiema kienu qed jaħdmu mid-dar bħala u mhux xi divertita biex b’hekk ħolqot pressjoni żejda fuq l-istess ġenituri biex jaraw min se jieħu ħsieb lil uliedhom waqt li jkunu għax-xogħol.
“Id-direttiva tal-Gvern tmur kontra l-messaġġi varji li jipprova jwassal l-istess Gvern li t-telework jaħdem u li din hija t-triq ‘il quddiem.”
//= $special ?>