Coronavirus Lokali

Żewġ każijiet ġodda ta’ Coronavirus; 8 imfejqa

Fl-aħħar 24 siegħa kellna 2 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna, dan wara li saru ftit aktar minn elf test.

Fl-aħħar sigħat 8 persuni rkupraw minn din l-imxija, bit-total ta’ każijiet attivi kompla jinżel għal 51, bit-total ta’ każijiet imfejqa huwa dak ta’ 562.

It-total tan-nies li ġew infettati huwa ta’ 622 każ.

Iż-żewġ każijet fl-aħħar sigħat huma qraba ta’ raġel mill-Pakistan li kien diġa’ nstab pożittiv fl-aħħar jiem, infatti il-familja Pakistana rriżultat fil-pożittiv hekk kif l-aħħar każijiet kienu ta’ mara Pakistana ta’ 32 sena u t-tifla tagħhom.

Il-każijiet fl-aħħar jiem huma dawn:

  • Persuna mill-Pakistan li ġie Malta permezz ta’ titjira ta’ ripatrijazzjoni (dak li ssemma’ hawn fuq)
  • Anzjan Ingliż ta’ 77 sena li huwa pazjent fl-isptar Karin Grech. Ħariġlu d-deni fid-29 ta’ Mejju.
  • Żagħżugħa Maltija ta’ 23 sena li kellha diversi sintomi. Qed isir il-contact tracing mal-familja
  • Indjana ta’ 26 sena li ma kellha l-ebda sintomi. Hija taħdem fl-isptar Karin Grech bħala carer.