Futbol Sport

Approvata l-liċenzja tal-klabbs Maltin għall-kompetizzjonijiet Ewropej

(Ritratt: mfa.com.mt)

Il-UEFA approvat il-liċenzja ta’ Balzan, Floriana, Gżira United, Hibernians, Sirens u Valletta. Ma’ dawn ġiet approvata ukoll il-liċenzja tat-tim tan-nisa ta’ Birkirkara. Il-liċnezja ta’ dawn il-klabbs ġiet approvata wara li laħqu l-kriterji stabbiliti mill-UEFA u l-European football body. Iktar kmieni llum ukoll saret laqgħa tal-Member Clubs Licensing Board tal-MFA li evalwat l-applikazzjonijiet.

l-istaġun li ġej, Floriana se jikkompetu fil-UEFA Champions League filwaqt li Valletta, Hibernians u Sirens se jikkompetu fil-UEFA Europa League. It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara se jkun qed jikkompeti fil-UEFA Champions League. Mat-timijiet imsemmija kien hemm Birkirkara, Ħamrun Spartans, Mosta u Sliema Wanderers li fl-aħħar ħinijiet irtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom.