Futbol Sport

AĠĠORNATA: Chelsea jilħqu ftehim biex jakkwistaw lil Timo Werner

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar sigħat jidher li Chelsea laħqu ftehim fil-prinċipju ma’ RB Leipzig biex jiksbu l-firma tal-attakkant Ġermaniż Timo Werner. Chelsea offrew lil Werner salarju ta’ €222,000 fil-ġimgħa u kull ma jonqos hu li Chelsea jħallsu l-klawsola ta’ €55 miljun qabel il-15 ta’ Ġunju. Jidher li Chelsea għelbu l-isfida ta’ bosta timijiet biex jiksbu l-firma tal-Ġermaniż, b’Liverpool dehru l-favoriti iżda naqsu milli jaqblu dwar il-klawsola tal-plejer.

Werner hu kuntent li se jissieħeb ma’ Chelsea, bil-prijorità tal-plejer ta’ 24 sena tkun li jissieħeb ma’ klabb fiċ-Champions League. F’Jannar li għadda, Chelsea laħqu ftehim ma’ Ajax biex jiksbu l-firma ta’ Hakim Ziyech għas-somma ta’ €35 miljun.

l-istaġun li għadda Chelsea ma setgħux jiffirmaw plejers minħabba sanzzjoni tal-UEFA bil-klabb ta’ Frank Lampard jidher li se jkun qed iħares biex jikseb numru ta’ plejers għall-istaġun li ġej. Sa issa ma’ RB Leipzig, Werner lagħab 122 partita fejn skorja 75 gowl.