Lokali

Chris Cardona “ma jinsabx fuq l-aġenda” – Josè Herrera

Skumdità fil-kabinett ta’ Robert Abela

Il-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela jinsab skomdu għall-aħħar wara x-xhieda li ta Melvin Theuma nhar it-Tnejn fil-konfront tad-Deputy Leader tal-Partit Laburista Chris Cardona.

Meta mistoqsi minn Net News fuq dawn l-ahhar zviluppi skandaluzi li hakmu lill-Partit Laburista, il-Ministru Josè Herrera deher skomdu immens jitkellem dwar ix-xiehda li inghatat fil-Qorti….meta komplew jinstemghu ir-recordings tal-persuni li huma akkuzati bl-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fil-Qorti issemma’ kif l-eks Ministru Chris Cardona seta’ possibilment kellu sehem fil-kummissjoni tal-assassinju ta’ omm u ġurnalista… bil-Ministru Herrera jghidilna li ma xtaqx jitkellem dwar is-suġġett. Madanakollu, insista li għandhom isibu l-investigazzjonijiet dwar l-għajta ta’ frame-up li qed jagħmel id-Deputy Leader Laburista.

Meta l-Ministru Herrera kien mistoqsi minn NET NEWS jekk hux ser iqajjem din il-kwistjoni fil-grupp parlamentari ….u allura jekk il-pożizzjoni ta’ Chris Cardona fi ħdan il-Partit immexxi minn Robert Abela għadhiex tenibbli…. hu insista li s-suġġett mhux parti mill-aġenda.

Jose Herrera kien qed iwiegeb id-domandi taghna wara l-preżentazzjoni tal-edizzjoni tal-Pageant of the Seas ta’ din is-sena, li ġiet posposta għas-16 ta’ Awwissu.

Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency, Jason Micallef, saħaq li l-kriżi tal-pandemija tul dawn l-aħħar ġimgħat ħalliet effetti devastanti fuq il-Belt Kapitali Maltija.

L-edizzjoni tal-Pagaent of the Seas, fil-Port il-Kbir, ser tkun attività imxandra biss fuq it-televiżjoni, minkejja li ma ngħatawx dettalji dwar kif ser jiġu mwaqqfa milli jinġabru n-nies madwar il-Port.