Futbol Sport

Diego Costa ħati ta’ evażjoni tat-taxxa

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Spanjol ta’ Atletico Madrid Diego Costa nstab ħati mill-Qorti Spanjola li evada aktar minn miljun ewro f’taxxa lill-Gvern Spanjol u naqas milli jiddikjara aktar minn €5 miljuni minn meta kien ma’ Chelsea. Hu kien weħel sitt xhur ħabs iżda il-liġi Spanjola tgħid li jekk persuna jinstab ħati ta’ każ mhux vjolenti u s-sentenza ta’ ħabs tkun ta’ inqas minn sentejn, s-sentenza tista’ tiġi mibdula f’ multa.

Costa mistenni jżid €500,000 oħra mal-miljun li għandu jagħti lill-Gvern Spanjol biex b’hekk ikun ħallas is-sentneza. Diego Costa kien ħalla lil Atletico fl-2014 biex issieħeb ma’ Chelsea qabel ma rritorna lura f’Madrid fl-2017. Minkejja li kien strumental biex Atletico rebħu l-Europa League u s-Super Cup, l-Ispanjol imwieled il-Brażil naqas milli jsib forma konsistenti.