Lokali

Dragonara Casino jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu

Mat-tokki ta’ nofsillejl tal-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju, Dragonara Casino ser ikun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-ftuħ wasal wara li ttieħdu diversi miżuri sabiex tiġi salvagwardata s-saħħa u l-iġene tal-klijenti u l-impjegati hekk kif inhu mitlub mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Filwaqt li ser ikun qed jiżdied id-diżinfettar u tindif ta’ kuljum fil-casino, il-klijenti u l-impjegati huma mitluba jilbsu makra protettiva jew visor.

Dan filwaqt li ser tkun qed tittieħed it-temperatura ta’ dawk kollha li ser iżuru l-casino kif ukoll il-klijenti huma mitluba sabiex iżommu distanza ta’ żewġ metri ‘l bogħod minn xulxin diment li ma joqgħodux taħt l-istess saqaf.

Kelliema għall-Casino spjegaw li kulħadd huma mitlub li juża diżinfettant tal-idejn (sanitizer).

Intant ġie spjegat li dawk kollha li ser ikunu qed iżuru d-Dragonara Casino fi tmiem din il-ġimgħa għall-ftuħ speċjali se jkunu jistgħu jgawdu minn offerta speċjali biex jakkwistaw kupun tal-logħob b’valur ta’ €200 għal prezz ta’ €150 li jista jintuża bejn il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd, waqt li bejn it-Tnejn u l-Ħamis jista’ jinxtara kupun tal-logħob b’valur ta’ €250 għal prezz ta’ €200. Għal iżjed offerti żur is-sit.

Dan filwaqt li klijenti ġodda li se jżuru Dragonara Casino għall-ewwel darba se jibbenifikaw minn offerta speċjali tul ix-xhar ta’ Ġunju fejn jingħataw kupun ta’ €10 match and play ma’ l-ewwel darba li jiġu u kupun ta’ €10 free-bet mat-tieni darba li jżuru il-casino.

Dawk kollha li jidħlu Dragonara Casino f’San Ġiljan irid ikollha 25 sena jew aktar. Dragonara Casino ħeġġew lill-klijenti sabiex jilgħabu b’responsabbiltà.